You Are Here: Home » Featured News » Festival għat-tfal waqt KALAMITA

Festival għat-tfal waqt KALAMITA

  • Opportunita biex jiġu skoperti kantanti ġodda
  • Opportunita lil tfal Maltin f’festivals barra minn Malta

It-tim ta’ KALAMITA jkompli jiżvela aktar kontenut fl-edizzjoni li jmiss ta’ dan il-programm ferm segwit li se jerġa’ jkun magħkom mit-Tnejn 29 ta’ Settembru bħal dejjem fuq ONE.

F’Jannar li ġej, f’dan il-programm se jiġi mniedi festival għal tfal Maltin li minbarra li se jkun qed jagħti lil dawn it-tfal l-opportunita li jidhru fuq it-televiżjoni se jkunu qed jingħataw iċ-ċans li jipparteċipaw f’festivals barra minn Malta.

“Sa mill-bidu tiegħu KALAMITA għamel mezz li jgħin lil bosta kantanti Maltin u mhux biss, meta nħares lura u nara kemm kien hemm kantanti li ssaħħu fil-popolarita grazzi għall-programmi tagħna, ma nistax ma nipprovax naħseb f’inizjattivi ġodda biex inmexxu kantanti promettenti li għada pitgħada se jkunu qed iwasslulna ħafna kanzunetti sbieħ u fuq kollox ikunu kantanti prominenti f’pajjizna,” ikkummenta Alfred Zammit.

Dan il-festival se jkun qiegħed isir taħt direzzjoni ta’ mro. Domnic Galea li nistgħu ngħidu li llum il-ġurnata ħadem mal-aqwa kantanti li għandna f’pajjizna.

Dominic Pics

Fl-ewwel programmi tal-istaġun il-ġdid ta’ KALAMITA se jkunu qed jinħarġu aktar dettalji pero l-festival se jkun qed jibda f’Jannar.

Minn issa pero nistgħu nħabbru li dan il-festival se jkun maqsum f’zewġ kategoriji, l-ewwel waħda għal tfal bejn is-6 u l-10 snin u l-ieħor bejn il-11 u 14-il sena. Dawk li se jipparteċipaw se jkunu qegħdin jikkompetu b’kanzunetta cover version.

Dwar dan jispjegaw fid-dettal Alfred Zammit u Domnic Galea.

“Filwaqt li nemmnu ħafna f’ilsien Malti u fil-kanzunetta Maltija, ir-regolamenti se jkunu qed jitolbu li min jipparteċipa jrid ikanta bl-Ingliz jew bit-Taljan. Dan għaliex il-festival se jkun preparazzjoni biex iz-zewġ rebbieħa jirrapprezentaw lil pajjizna barra minn Malta. Id-dettalji dwar il-festivals inħabbruhom malli jibda l-istaġun il-ġdid ta’ Kalamita,” jgħidilna Alfred.

TFG_6943-w800-h600

Domnic Galea jkompli jzid li, “Mhux biss. Se nkunu qed nagħtu wkoll bħala premju kanzuentta oriġinali bil-Malti lil dawn ir-rebbieħa biex fl-istess waqt inħeġġuhom anki minn eta’ ċkejkna biex ikantaw bl-ilsien Malti.”

Is-sehem tal-pubbliku wkoll se jkun importanti waqt dan il-festival.

Powered by

Scroll to top