You Are Here: Home » Featured News » Ġimgħa oħra, Kalamita

Ġimgħa oħra, Kalamita

Hekk kif it-tfal jerġgħu jirritornaw fuq il-bankijiet tal-iskola, u l-adulti jidħlu fir-rutina tax-xitwa, Kalamita se jerġa’ jirritorna fi djarkom.

Minn nhar it-Tnejn li ġej Kalamita se jerġa’ jkun magħkom biex iżommilkom kumpanija mill-aqwa fil-ħinijiet ta’ waranofsinhar mit-Tnejn sal-Ġimgħa.

It-Tnejn

L-ewwel programm se jibda bil-kbir permezz ta’ lotterija tal-prodotti Chante Clair. Il-parteċipanti se jkunu fiċ-ċans li jirbħu €800. Il-Professur Stephen Montfort se jitratta l-mard respiratorju. Clifford Galea se jkollu parti ġdida fil-programm fejn se jkun qed jintervista personalitajiet distinti bħall-Prim Ministru Joseph Muscat fost l-oħrajn.

It-Tlieta

It-Tlieta se jkollna magħna t-tabib tal-għajnejn Franco Mercieca u ma tonqosx il-kura tal-annimali mal-veterinarju Nikol Falzon. Terġa’ tirritorna r-round table din id-darba b’mistiedna ġodda li Grace Borg, Fr Rene u Charlie Azzopardi li se jkunu qed jitrattaw suġġetti kurrenti kull nhar ta’ Tlieta.

L-Erbgħa

Nhar t’Erbgħa se jżomm l-appuntament tiegħu David Agius u se jkompli jitkellem dwar kantanti u gruppi ta’ bejn is-Sittinijiet u t-Tmeninijiet. Dwar is-saħħa se jkollna magħna lil Professur Louis Buhagiar fejn se jitkellem fuq mard ġenerali u lill-fiżjoterapista Alan Zammit. Ir-round table ta’ nhar t’Erbgħa se tibqa’ ma’ Dr Toni Abela fejn kull ġimgħa se jagħtina każ mill-qorti u mbagħad irridu naqtgħu kif ġiet konkluża l-kawża.

202

Round table ma’ Dr Toni Abela

Il-Ħamis

Kull ħmistax se jibda jkollna membri mill-Korp tal-Pulizija li se jitkellmu dwar id-dipartimenti rispettivi tagħhom. Kif għandu jkun, fl-ewwel programm se jkollna magħna l-Kummissarju Ray Zammit. Josef Caruana, l-editur ta’ L-Orizzont, se jgħidilna l-aħbarijiet ewlenin tal-ġimgħa u ma jonqosx lil Dr Nadette Spiteri, it-tabiba tat-tfal.

Il-Ġimgħa

Dr Alfred Sant se jonorana bil-preżenza tiegħu kull ħmistax u jkellimna dwar l-Unjoni Ewropea. Fr Charles Tabone jiddiskuti l-Evanġelju tal-Ħadd li jkun ġej. Nhar ta’ Ġimgħa ma jonqosx ukoll Dr. Deo Debattista li se jkun qed ikellimna fuq il-mard u jwieġeb il-mistoqsijiet tat-telespettaturi.

Wieħed jista’ jsegwina fuq il-paġna uffiċjali tagħna fuq Facebook li magħha hemm abbinati ħafna kompetizzjonijiet. Dawn il-kompetizzjonijiet se jibdew minn Ottubru.

Powered by

Scroll to top