You Are Here: Home » Featured News » Programm Konsistenti

Programm Konsistenti

Iż-żmien igerbeb u diġà għaddiet l-ewwel ġimgħa ta’ Kalamita. Ġimgħa miżgħuda b’attivitajiet u diskussjonijiet għal qalb it-telespettaturi. Ġimgħa, li dewqet lill-udjenza xi ftit minn dak li taraw matul din l-iskeda l-ġdida ta’ Kalamita.

Iżda dan għadu mhu xejn hekk kif iktar ma jgħaddi ż-żmien Kalamita jibqa’ jitjieb u jgħolli l-livell tiegħu.

Ta’ kull ġimgħa jkollna diskussjonijiet u intervisti dwar suġġetti li jqanqlulkom l-interess u nlaqqgħukom ma’ nies li ta’ kull ġimgħa jkunu jistgħu joffrulkom pariri utli fuq sitwazzjonijiet diversi.

1

It-Tnejn

Illum, it-Tnejn, se jkollna magħna lid-dentist Dr Kenneth Spiteri fejn se jitkellem dwar il-kura tas-snin. Clifford Galea se jkun qed jintervista lil Patri Deonizju Mintoff. Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, Dr Chris Fearne se jkun magħna għal intervista esklussiva.

Ma jonqosx il-feature Ħsibijiet minn Michael Zammit u bħala kantant mistieden se jkollna magħna lil Daniel Testa, li żgur mhux wiċċ ġdid mat-telespettaturi tagħna.

It-Tlieta

Għada t-Tlieta jkun imiss ir-round table li ċerti li tkunu qed tistennew fuq ix-xwiek, kif tafu, ir-residenti f’din id-diskussjoni se jkunu Charlie Azzopardi, Fr Rene Camilleri u ma jonqosx lil Grace Borg. Niddedikaw ftit ħin għal maġija ma’ Gwilym. Fuq nota iktar serja se jkollna magħna lin-Nutara Annalise Micallef. Bħal dejjem, il-preżentatur maħbub Alfred Zammit jagħti ħin għal fondazzjoni li tant jagħtu servizz siewi lill-komunità, b’hekk se jkun hemm ukoll kelliema f’isem il-Fondazzjoni Richmond. Il-veterinarju Tonio Satariano se jkun qed ikellimna fuq is-saħħa tal-annimali.

L-Erbgħa

F’nofs il-ġimgħa jkollna round table oħra li tkun ma’ Dr Toni Abela. Ikollna magħna wkoll lil Professur Buhagiar u lill-fiżjoterapista Alan Zammit. Intervista interessanti ħafna żgur li se tkun dik ma’ Jason Micallef, bniedem magħruf ħafna mat-telespettaturi u li kien maħtur bħala ċ-ċermen tal-V18. F’din l-intervista Micallef se jkellimna dwar it-thejjijiet li hemm għaddejjin u fuq l-andament inġenerali għall-okkażjoni biex il-belt kapitali tagħna tkun il-belt kapitali Ewropea fl-2018.

Il-Ħamis

Il-Ħamis ikollna magħna l-editur tal-gazzetta L-Orizzont, Josef Caruana. Kif kulħadd jaf il-programm Kalamita għandu relazzjoni tajba ħafna ma’ dan il-ġurnal tant popolari. Mistiedna magħna se jkun hemm ukoll Dr Nadette Spiteri u anke kelliema mill-Health Promotion Unit. 

Il-Ġimgħa

Nagħlqu l-ġimgħa b’intervent minn Fr Charles Tabone fejn ikellimna dwar l-Evanġelju tal-Ħadd u jkollna anke ċans nirriflettu. Il-Ġimgħa ma jonqosx ukoll magħna Dr Deo Debattista.

3

Kif tistgħu tintebhu se tkun ġimgħa oħra ppakkjata u li żgur se ssibu xi ħaġa li tolqotkom. B’hekk ibqgħu segwu Kalamita li żgur li jiġbidkom u jħallikom imwaħħlin mat-televixin tagħkom ta’ kuljum. Kalamita, dejjem, fuq ONE.

Min interessat li jirreklama waqt Kalamita jista jaghmel dan billi jibghat email lil Alfred Zammit fuq [email protected], jew icempel l-Ufficcju Kalamita fuq 21 820 192.

 

Powered by

Scroll to top