You Are Here: Home » Ahbarijiet » Illum jerga’ jibda KALAMITA

Illum jerga’ jibda KALAMITA

Ghadha kemm bdiet il-Harifa u maghha tibda skeda gdida televiziva fuq l-istazzjonijiet kollha. Ghal dik li hija skeda fuq ONE mistenni jerga’ jispikka l-programm mill-aktar favorit mat-telespettaturi wara nofsinhar, KALAMITA, li bhas-soltu se jkollu produzzjoni u prezentazzjoni ta’ Alfred Zammit. KALAMITA jerga’ lura fi djar it-telespettaturi mil-lum wara nofsinhar.

TFG_6943

Il-mod mill-aktar imhawwar ta’ kif inhu mibni l-programm huwa s-sigriet li wassal biex jigbed warajh eluf kbar ta’ telespettaturi sena wara l-ohra. Ricetta konsistenti ghal dan il-programm bi prezentatur li ghandu f’idejh il-polz tat-telespettatur. Jaf x’jistenna t-telespettatur u allura jipprovdihulu.
Huwa programm li matul is-snin li ilu jixxandar dejjem ta spazju ghal hidmet il-missjunarji Maltin u Ghawdxin ‘l boghod minn xtutna. Dejjem irrikonoxxa s-sagrificcju taghhom li jinfirdu minn qrabathom biex ikunu ta’ ghajnuna ghal hafna ohrajn li huma milqutin minn mard, faqar, nuqqas ta’ facilitajiet anke dawk bazici u nuqqas ta’ taghlim.
Fost il-missjunarji taghna nnsibu lil Dun Gorg Grima, sacerdot Ghawdxi li terraq mhux ftit fil-kontinent Afrikan f’hidma sfieqa b’risq il-foqra, partikolarment tfal. Dun Gorg huwa l-fundatur tal-Missjoni imsejha Gesù fil-Proxxmu, missjoni li certament li kulhadd sema’ biha.
KALAMITA se jlaqqa’ lit-telespettaturi segwaci tieghu ma’ Dun Gorg biex jisimghu minn fommu stess waqt li jaraw filmati u ritratti tal-postijiet u proxxmu li fosthom jahdem. KALAMITA lest li jservi ta’ strument biex il-Missjoni ta’ Dun Gorg tkompli tkun ta’   fejda ghal bosta u bosta tfal, hafna minnhom morda, abbandunati mill-genituri taghhom u mitluqin ifendu ghal rashom minn età tenera. It-telespettaturi se jkunu jistghu jsegwu filmati li jaqsmulek qalbek u li se jghinu bis-shih biex tkompli tohrog bic-car il-generozità tal-poplu Malti u Ghawdxi. F’din il-kampanja xi had ser jirbah Karozza Opel Adam gentilment moghtija minn Cars International. 

Opel Adam

Opel Adam

Tikkumplimenta din il-kampanja ta’ generozita se tkun il-parti tal-programm fdata f’idejn Michael Zammit bl-isem HSIBIJIET. Fil-ftit hin allokat ghalih Zammit jaghraf iwassal messagg dirett. Jaghraf ipoggilek subghajk fuq il-ferita. Jaqghraf iwasslek tistaqsi lilek innifsek jekk dak li jkun qed jghid japplikax ghalik ukoll.
It-telespettatur Malti u Ghawdxi jsegwi hafna programmi li jitrattaw sahhet il-bniedem. It-telespettatur ihobb isir jaf   x’ghandu jsir b’mod preventiv waqt li jisma’ u jara x’ikun il-kagun u l-konsegwenzi ta’ mard partikolari. KALAMITA jahseb ghal dan  ukoll u llum jlaqqa’ lit-telespettatur mal-Professur Stephen Montfort li se jkun qed jitratta l-mard respiratorju.
Illum KALAMITA jipprezenta wkoll parti ohra gdida. It-telespettatur se jkun jista’ jsir jaf aktar dwar it-terapija tal-familja. Kif din isservi biex ikun solvut jew jingheleb gwaj li jkun qed jhedded familja. Sezzjoni li se tkun fdata f’idejn it-terapista tal-familja Charles Azzopardi.
Sezzjoni ohra gdida ta’ kull nhar ta’ Tnejn f’KALAMITA hija dik fdata f’idejn il-prezentatur radjufoniku u televiziv fejn jidhlu grajjiet kurrenti, partikolarment dawk mix-xena lokali, Manwel Micallef. Kull   nhar ta’ Tnejn Micallef se jkun qieghed jaghti harsa analetika lejn l-ahbarijiet li jkunu ddominaw il-gimgha ta’ qabel u li x’aktarx ikunu ghadhom qeghdin jigu diskussi sal-lum. Jistghu jkunu grajjiet ta’ ferh jew ta’ niket, grajjiet li f’kull forma taghhom ikollhom impatt fuq il-hajja ta’ kuljum.
Parti ohra li dejjem kellha post fil-programm KALAMITA hija dik divertenti. KALAMITA dejjem kellu ghal qalbu t-talent lokali u kien ta’ inkoraggiment biex zghazagh Maltin u Ghawdxin ikollhom tieqa ghat-talenti taghhom fejn tidhol il-muzika u l-kant.
F’din l-iskeda KALAMITA se jkollu s-servizz tal-pjanista rinomat Malti u awtur ta’ diversi kanzunetti li ghamlu isem, Dominic Galea. Mad-daqq ta-pjanu se jkollu akkumpanjament ta’ diversi kantanti Maltin, stabbiliti u ohrajn li ghadhom resqin lejn l-ghatba tal-ispettaklu. Kien bix-xieraq li llum din il-parti divertenti tal-programm tinfetah mill-kantant Malti li mhux biss seraq qalb il-Maltin u l-Ghawdxin bil-karattru ferriehi u umli tieghu, imma wkoll ta’ hafna u hafna barranin kif jixhed ir-rizultat miksub minnu fl-ahhar edizzjoni tal-Eurovision, Gianluca Bezzina.
Fuq insistenza ta’ hafna telespettaturi fl-edizzjoni ta’ KALAMITA ta’ din l-iskeda se tkun qed tirritorna t-Tisliba.
Kollox jindika li ghal darb’ohra KALAMITA se jkun il-programm l-aktar segwit mit-telespettaturi Maltin u Ghawdxin fis-sighat ta’ wara  nofsinhar.
Il-purtiera ghal din l-iskeda ta’ KALAMITA titla’ llum fis-12.45pm

[email protected]

www.kalamita.com

[:]

Powered by

Scroll to top