You Are Here: Home » Uncategorized @mt » Anton B. Dougall, sinonimu mal-kcina Maltija

Anton B. Dougall, sinonimu mal-kcina Maltija

Anton B. Dougall, sinonimu mal-kcina Maltija

Kull nhar ta’ Gimgha il-programm televiziiv fuq ONE, KALAMITA jlaqqa’ lit-telespettaturi segwaci tieghu ma’ dak li tista’ tghid bil-libertà kollha li huwa sinonimu mal-kcina Maltija, Anton B. Dougall.
Persuna li temmen bis-shih fil-kcina Maltija, li minkejja c-cokon ta’ pajjizna, ghandha hafna x’toffri. KALAMITA llum qieghed ilaqqa’ lill-qarrejja ta’ dan il-gurnal ma’ Anton B. Dougall f’intervista li saritlu bhala wiehed mill-mistednin godda fil-programm f’din l-iskeda televiziva.

MISTOQSIJA: Ma nafx jekk hawnx xihadd f’Malta li jorbot l-isem Anton B. Dougall ma’ xihaga ohra hlief tisjir. Hija gustifikata rabta bhal din?
TWEGIBA: Darba kap tax-xandir ta’ l-Istat kien qalli meta n-nies jarawk fuq it-TV jibdew ixommu l-ikel. Issa ili nghallem it-tisjir permezz tal-media 43 sena. U matul dan iz zmien kollu dejjem kont fuq it-TV jew radju. Qatt ma qtajt. Fuq il-PBS ghamilt hames snin bi programm fil gimgha. Programm ta’ 45 minuta jismu TISJIR BIL- GHAQAL.    Dan ghandu rekord li tliet kotba li kont ippublikajt abbinati ma’ dan il-programm bieghu aktar minn 80,000 kopja fuq tliet kotba.
Tajjeb li tkun taf li jien kont wiehed li fl-ewwel gurnata ta’ Radju Malta kont kontributur. Wara l-programmi TISJIR BIL-GHAQAL xi hadd kien qalli “nahseb in-nies ghandhom bzonn brejk min wiccek”. U minn dik il-gurnata qatt ma dehert aktar fuq il-PBS hlief darba meta l-programm kien mixtri.
B’kollox din is sena nkun ippubblikajt 51 ktieb. Barra minn hekk bosta kontribuzzjonijiet fosthom IKEL MILL-QALB u Time and Life Magazine. Kelli programmi fuq ir RAI, BBC, u l-Awstralja. Ghas-sena d-diehla qed nipprepara erba’ kotba fosthom Helu Malti bl-Ingliz. U kollezzjoni ta ricetti tan-nanna tieghi bl-Ingliz ukoll.
 L-aktar publikazzjoni popolari li qatt ippublikajt huma l- Cards tat-Tisjir fejn kollox konna ippublikajna 25,000 sett b’350 card f’ kull sett.

TFGX6450-w800-h600

MISTOQSIJA: Xihaga ohra sinonima mal-isem Anton B. Dougall huwa l-ikel Malti. Kif thares lejn il-kcina Maltija tul is-snin li ilek tipprattikaha?
TWEGIBA: L-ispecjalizazzjoni tieghi hija l-kcina Maltija. Inhobbha wisq. Kull pajjiz jiftahar bil-kcina tieghu. Ghaliex mhux ahna ukoll. Hija kcina rikka fic-cokon taghha, toghma tajba mediterranja. Il-Kcina Maltija hija still ta’ slow cooking, tisjir ta’ bil mod. L-ikel li jkun itektek huwa l-ahjar ghax jevapora l-ilma kollu u tibqa’ s-sustanza.
 
L-ewwel ktieb tieghi bl-Ingliz kien sar fl-1974 kien sucess kbir u warajh gew erba’ ohra kollha differenti. Dan l-ahhar ippublikajt ukoll pakett ta’ kards bl-Ingliz imsejha KCINA MALTIJA MALTESE CUSINE. Dawn ukoll intlaqghu tajjeb hafna.
Kont mistieden ghal bosta lectures dwar l-Ikel Malti u dak Mediterran kemm fl-Italja, l-Ingilterra u l-Germanja. Kont responsabbli ghal diversi ikliet Maltin gewwa l-Italja, Franza, Algerija, Germanja u gewwa l-press club ta’ Londra. Inkun mitlub diversi drabi biex naghti l-kuntribut tieghi dwar l-ikel ta’ pajjizna ghal magazines internazzjonali.
L-ikel Malti huwa sabih li ssajru u tieklu. Ghandna hafna limitazzjoni ta’ ricetti. Imma x’tistenna minn pajjiz zghir? Ahna mhux bhall-Italja li minn villagg ghal iehor issib li specjalitajiet. Kulma ghandna differenti ahna huwa t-tisjir gewwa Ghawdex fejn insibu materja prima aktar friska u tisjir huwa ddedikat.

MISTOQSIJA: F’hajja mghaggla bhal din li nghixu fiha tara xi forma ta’ periklu ghat-tisjir tradizzjonali Malti?
TWEGIBA: Minkejja li l-ikel Malti huwa tisjir ta’ bil-mod fejn in-nanniet taghna kienu jsajru fuq il-kuciniera bil-ftila jista’ l-popolarità tal-ikel Malti tbatti xi ftit. Però il-Maltin ihobbu l-ikel taghhom.
Huwa fatt li l-mara tad-dar, specjalment dik li tahdem, tnaqqas ftit mill ikel Malti, però nahseb li xorta dan ghadu jissajjar xi ftit forsi aktar b’velocità milli ikel ta’ bil-mod. Insibu xi restaurants li jispecjalizzaw f’dak li hu ikel Malti specjalment il-fenek u issa qed issir popolari il majjal ukoll.
 Ftit li xejn tara programmi jew kotba b’ikel Malti fuq it TV. Din hija hasra ghax dak li hu Malti jibqa’ popolari hafna. Fis-sensiela Kalamita dejjem ninkludi xi programmi b’ikel Malti.

 

TFGX6452-w800-h600

MISTOQSIJA: L-avvanz teknologiku fetah bibien godda f’kollox, inkluz importazzjoni ta’ ingredjenti ghall-borma li mhumiex Maltin. Din  l-eventwalità ghamlet il-kcina Maltija aktar rikka jew kellna platti li sfaw sagrifikati?
TWEGIBA: Huwa veru li nsibu hafna aktar prodotti importati minn qabel. Dan jista’ jfisser li l-ikel Malti jista’ jibqa ghaddej ma’ ikel importat. Hekk hija l-hajja u dan huwa dak li qed issir f’pajjizi ohra. Imma ma nistax nghid li l-ikel Malti baqa’ b’dik it toghma bnin li konna nsajru qabel. Il-frisk huwa ferm aktar tajjeb. Timmagina li taghmel fenkata bil-fniek importati? Il hwawar friski huma s-sigriet tal-borma Maltija ghax issibhom friski il-hin kollu. Illum insibu ukoll xtieli bil-hwawar. Imma dawn kollha mkabbra b’mod artificjali li fl-ahhar ma jhallix rizultat tajjeb.

MISTOQSIJA: Kieku kelli nistaqsik minn daqstant tisjir li ghadda u ghadu jghaddi minn taht idejk, liema huwa l-platt Malti li l-aktar li thobb tipprepara? Ghaliex?
TWEGIBA: Jiena niekol kollox, inhobb l-ikel ta’ kull pajjiz però l-favorit tieghi huwa dak li tematni n-nanna u l-mamà. Dan huwa fenek, hut, bragjoli, bigilla, stuffat bil pulpetti, klamari mimlija, qarnit. Kollox niekol u l-inkwiet tieghi huwa meta nara l-platt vojt!

Powered by

Scroll to top