You Are Here: Home » Uncategorized @mt » Biddlu Hajjitna – Henry Ford

Biddlu Hajjitna – Henry Ford

Biddlu Hajjitna – Henry Ford

 L-industrijalist Amerikan Henry Ford

Illum nisimghu b’diversi ismijiet rinomati fejn tidhol il-produzzjoni tal-karozzi. Il-kompetizzjoni hija kbira, u bhal donnu ebda isem ma jispikka fuq l-iehor. Imma mhux hekk sa ftit tas-snin ilu, u mhux qeghdin nghidu xi hafna generazzjonijiet boghod minna. Ma tkun qed tisma’ xejn stramb jekk tisma’ lil xihadd jitkellem dwar il-karozzi u biex jenfasizza l-kwalita tajba taghha jghidlek: eh dik karozza li trid tinzalha l-kappell ta, dik karozza Ford!

L-ironija hija li l-persuna li halla tant impatt fuq dan il-mezz ta’ transport, l-Amerikan Henry Ford, ma kienx hu li vvinta l-karozza. Henry Ford kien il-bniedem li rnexxielu johloq rivoluzzjoni fil-produzzjoni tal-karozzi, rivoluzzjoni li wasslet biex il-klassi medja tal-popolazzjoni Amerikana setghet tixtri karozza u li eventwalment il-produzzjoni tal-karozzi Ford infirxet mad-dinja kollha.

Henry Ford

Henry Ford

Henry Ford twieled fit-30 ta’ Lulju, 1863, fi Greenfield Township, Michingan, l-Amerika, fejn il-genituri tieghu kellhom farm kbir. Missieru, William Ford, kien Irlandiz, u ommu, Mary Litogot, kienet Amerikana li twieldet f’Michigan, l-izghar wild ta’ koppja Belgjana li kienet emigrat lejn l-Amerika. Il-genituri taghha kienu mietu meta hi kienet ghadha zghira hafna, tant li giet adottata minn koppja girien tal-familja.

Ta’ 13-il sena Henry Ford tilef lill-ommu. Il-mewt ta’ ommu kienet taghtu daqqa ta’ harta kbira. Missieru kellu l-hsieb li eventwalment Henry jiehu f’idejh it-tmexxija tal-farm, imma Henry qatt ma kellu din l-intenzjoni, tant li x-xoghol konness mieghu kien joboghdu. Meta aktar tard kiteb fuqu nnifsu Henry Ford kien qal li “jien qatt ma kelli xi gibda partikolari lejn il-farm tal-familja, l-imhabba li kelli kienet lejn ommi li kienet tghix fil-post.”

Tliet snin wara l-mewt ta’ ommu Henry telaq mid-dar biex dahal bhala apprendista makkinista ma’ James Flower & Bros ta’ Detroit. Ghaddew tliet snin ohra u rega’ lura lejn il-farm tal-familja fejn beda jhaddem u jiehu hsieb il-manutenzjoni ta’ makna li kienet tahdem bl-isteam u li kienet prodott tal-kumpanija Westinghouse. Il-kumpanija saret taf bil-kapacitajiet ta’ Henry, tant li bdew iqabbduh jaghmel xoghol ta’ manutenzjoni fuq il-makni taghhom. Kien minn hawn li Henry beda jahseb biex jibda n-negozju tieghu, kif filfatt ghamel.

Henry Ford mall-Model T fl-1921

Henry Ford mall-Model T fl-1921

Kien f’Gunju tas-sena 1903 li finalment holoq fil-kumpanija Ford Motor Company, b’kapital ta’ 28,000 dollaru Amderikan. Kien rivoluzzjonarju u zviluppa t-teknika maghrufa bhala ‘assembly line’ fejn kull sezzjoni tal-produzzjoni taghmel biss parti mill-prodott u finalment jinghaqad fi prodott shih. Kienet u ghadha t-teknika maghrufa bhala produzzjoni tal-massa. Henry Ford kien jemmen fil-konsumerizmu u allura haddem il-politika li jhallas tajjeb hafna lill-haddiema tieghu, bir-rizultat ikun li jkollu produzzjoni qawwija li jimla’ s-suq filwaqt li jkun hemm il-flus fl-idejn li allura jintuzaw biex jixtru l-prodotti tieghu, f’dan il-kaz karozzi. Henry Ford kien irnexxielu jaghmel rivoluzzjoni fl-industrija tat-trasport Amerikana.

Kellu l-vizjoni li l-konsumizmu kien cavetta tal-paci. Kien kommess li jbaxxi l-ispiza tal-produzzjoni u allura jkabbar il-konsum, imma mhux b’detriment tal-kundizzjonijiet tax-xoghol tal-haddiema. In-negozju tieghu kiber immens u holoq is-sistema fejn kumpaniji ohrajn fl-Amerika stess u fil-kontinenti l-ohrajn jidhlu fi ftehim mieghu biex jipproducu f’pajjizhom prodotti tieghu skont l-ispecifikazzjonijiet tieghu, sistema li flok hu jiftah in-negozju jkun hemm il-ftehim li haddiehor jipproduci f’ismu u allura jiffranka l-ispiza tat-trasport biex il-karozzi tieghu jinbieghu fi swieq barranin. Sistema li llum tithaddem f’kull settur ta’ negozju.

Henry Ford kien meqjus bhala pacifista u hadem bis-shih ghal dan il-ghan fl-ewwel snin tal-Ewwel Gwerra Dinjija. Miet fl-eta ta’ 84 sena fis-7 ta’ April, 1947. Halla hafna mill-gid kbir tieghu lill-Fondazzjoni Ford u ghamel arrangamenti biex il-familja tieghu tibqa’ fil-kontroll tal-kumpanija b’mod permanenti.

Powered by

Scroll to top