You Are Here: Home » Uncategorized @mt » Biddlu Hajjitna – Igor Sikorsky

Biddlu Hajjitna – Igor Sikorsky

Biddlu Hajjitna – Igor Sikorsky

Igor Sikorsky u l-helicopter

Mezz mill-aktar utli f’operazzjonijiet ta’ salvatagg kemm fuq l-art kif ukoll fuq il-bahar huwa l-helicopter. Illum naraw diversi mudelli taghhom u jintuzaw tista’ tghid ghal kollox…..inkluz fil-gwerer. Forsi dak li jkun ma jghaddilux minn mohhu, jista’ jkun ghax illum drajna naraw il-helicopter ghaddej, li minkejja diversi snin ta’ esperimenti kien biss fil-bidu tas-Snin Erbghin li kien hemm zvilupp enormi f’dan il-qasam, grazzi ghal Igor Sikorsky, li kunjomu huwa sinonimu mal-helicopter.

Interessanti li wiehed ikun jaf li l-kelma ‘helicopter’ gejja mill-kelma Franciza ‘hélicoptère’ li holoq l-Franciz Gustave de Ponton d’Amecourt fis-sena 1861 u li originarjament gejja mill-kliem Grieg ‘helix’ li tfisser mghawga u ‘pteron’ li tfisser gwejnah.

Igor Ivan Sikorsky

L-ispecjalità tal-helicopter hija riflessa fil-mod kif jittajjar u jinqata’ mill-art. Jaghmel dan b’mod vertikali, ‘il fuq, u allura ma jehtiegx il-girja li jaghmel ajruplan. Barra minn hekk l-inzul tieghu huwa bl-istess mod u allura l-ispazju ghal din il-manuvra m’ghandux ghalfejn ikun kbir. Certament li kull wiehed u wahda minna kellu okkazjoni jsegwi li helicopter kapaci jibqa’ fl-istess post statiku fl-ajru, filwaqt li jista’ jittajjar ‘il quddiem u lura u anke lejn il-gnub u dan jippermettilu jaghmel hafna manuvri fi spazji ristretti li ajruplan ma jistax jaghmilhom.

It-titjir vertikali, l-aqwa haga tal-helicopter, imur lura ghas-snin 400 QK meta t-tfal Cinizi kienu jilaghbu b’bicca bamboo li f’nofsha kien ikollha toqba. Permezz ta’ bicca qasba ohra kienu jzommuha ‘l fuq u jdawru kemm jifilhu, bil-konsegwenza li malli jigbdu l-qasba ‘l isfel il-bamboo jibqa’ jdur u joghla fl-ajru. Madankollu riedet tasal is-sena 1480 meta Leonardo da Vinci holoq disinn ghal apparat li seta’ jittella’ fl-ajru b’mod vertikali. Mas-snin kienu diversi dawk li mbarkaw biex jizviluppaw din l-invenzjoni. Fis-sena 1936 il-Germaniz Focke Achgelis zviluppa dak li huwa meqjus bhala l-ewwel helicopter u kellu l-ewwel titjira fis-26 ta’ Gunju, 1936. Saru tnejn biss minnhom u intuzaw min-Nazi.

F’temp ta’ sitt snin sar avvanz enormi fejn jidhol il-helicopter, grazzi ghal Igor Sikorsky, Russu li twieled fi Kiev, illum il-belt kapitali tal-Ukrajna. Sikorsky ipproduca 131 helicopter, success li baqa’ jizviluppa tul is-snin biex illum ghandna helicopters ta’ kull xorta, daqs u tip u li jintuzaw ghal ghanijiet diversi.

Minkejja li Igor Ivanovich Sikorsky twieled fi Kiev fil-25 ta’ Mejju, 1889, huwa kunsidrat bhala Russu/Amerikan peress li fis-sena 1919 kien emigra lejn l-Istati Uniti, fejn attwalment fis-sena 1923 waqqaf il-korporazzjoni Sikorsky Aircraft Corporation.

Sikorsky S65

 

Ghaxar snin qabel, meta allura kien ghadu jghix fi Kiev kien iddisinja u pproduca l-ajruplan ‘fixed wing’ li kien sajjahlu Russky Vityaz biex sena wara holoq l-ewwel ajruplan tal-passiggieri, li semmieh Ilya Muromets.

Kien fis-sena 1939 li Sikorsky ddisinja u tajjar l-ewwel helicopter Amerikan, Vought-Sikorsky VS-300 li kien il-pijunier tal-helicopters tal-lum. Tliet snin wara Sikorsky mmodifika l-mudell ghal dak li beda jissejjah Sikorsky R-4 u li sar l-ewwel mudell li fuqu saret produzzjoni qawwija tieghu.

Sikorsky miet fis-26 ta’ Ottubru, 1972, fl-età ta’ 83 sena, f’Easton, Connecticut, fl-Istati Uniti.

Powered by

Scroll to top