You Are Here: Home » Uncategorized @mt » Dominic Galea, muzicist, awtur u kompozitur

Dominic Galea, muzicist, awtur u kompozitur

Dominic Galea, muzicist, awtur u kompozitur

Dominic Galea, muzicist, awtur u kompozitur

Il-programm KALAMITA fuq l-istazzjon ONE dejjem serva ta’ zvog u opportunità ghat-talent Malti u Ghawdxi, partikolarment fejn jidhlu l-muzika u l-kant. Bosta kienu dawk il-kantanti u muzicisti li KALAMITA ghenhom bis-shih biex jizviluppaw it-talenti taghhom.
Imma l-kontribut lit-talent Malti u Ghawdxi min-naha ta’ KALAMITA ma kienx biss dan. Il-programm serva, u ghadu jservi, biex anke talent stabbilit ikompli jistabbilixxi ruhu mal-udjenzi Maltin u Ghawdxin. F’kazi bhal dawn iz-zewg elementi, il-programm u l-kantant jew muzicist ikunu qeghdin jikkumplimentaw lil xulxin.

7
Fl-iskeda prezenti l-programm KALAMITA  ghaddej b’esperjenza bhal din, meta fost il-mistednin godda ghandu lill-muzicist, awtur u kompozitur maghruf Dominic Galea. Permezz ta’ dan il-gurnal KALAMITA qed iwassal lil Dominic Galea aktar mill-qrib mal-qarrejja.
KALAMITA: Il-qawl jghid li skont iz-zokk il-fergha.  Certament li dan japplika ghalik meqjus il-fatt li gej minn familja li l-muzika qeghda fil-vini taghkom tigri mad-demm. Imma apparti dan,  hemm xi element muzikali fik li attwalment mhux gej minn wirt?
Dominic: Huwa veru. Hafna drabi jkun ta’ vantagg dak li tiret, kemm jekk hi sengha, jew professjoni, u anke li l-familja tkun digà stabbilita fil-qasam, però xorta ma tridx torqod fil-karriera tieghek ghax ma tilhaqx it-tragward li tixtieq. Ma tridx tistenna l-bajtra taqa’ f’halqek imma trid tahdem izjed biex tilhaq il-livell u s-success, fil-kas tieghi, tal-genituri.
Dan kollu jekk dejjem ikun hemm il-materja prima, l-inklinazzjoni ghas-suggett u, fuq kollox, ftit talent. Nahseb li l-elementi muzikali tieghi kollha writthom minn xi fergha tal-familji kemm ta’ missieri u anke t’ommi. Minbarra ommi u missieri fuq kull naha tal-erba’ nanniet kien hemm muzicisti bravi bhal Mro. Pawlu Grech, Mro. Freddie Mizzi, il-kugin Sammy Murgo u anke missieru z-ziju Rosario bil-vjolin u Saviour Messina fost l-ohrajn.
KALAMITA: F’kull professjoni hemm dik in-nicca li wiehed isejhilha l-‘forte’ tieghu. Fil-kaz tieghek liema thoss li hija din in-nicca u kif wasalt ghaliha?
Dominic: Ghandi zewg nicec li nhoss li qieghed naghti ftit kontribut fihom.
Fil-passat kont nikteb musicals shah, hafna minnhom mal-habib tieghi Raymond Mahoney, li tawni sodisfazzjon tremend fis-snin disghin. Illum qed nikkomponi muzika ghal xoghlijiet letterarji stabbiliti li wara jigu kantati u rrekordjati. S’issa hrigt hames albums fuq dal-kuncett li ntoghgob hafna.
Il-fergha l-ohra hija dik ta’ kompozizzjonijiet originali fil-generu tal-jazz. Kont pijuneer li nippromwovi jazz originali Malti kemm bl-album “Mnajdra Jazz Suite” li hrigt ma hija Ben fl-2001 u l-aktar bi “Tribute to the Swinging Pioneers of Malta” fl-2004, fejn stedint lil diversi kollegi
muzicisti (jazzisti Maltin) biex ikunu parti mill-progett u heggigthom jikkomponu muzika originali. Dal-progett huwa ghal qalbi hafna ghax barra li l-qligh mar ghal ghan filantropiku, bih fakkarna lil uhud minn dawk in-nies importanti li bdew l-istorja tal-jazz f’pajjizna, illum hafna minnhom m’ghadhomx maghna.

Dominic Pics
Kif digà ghedt fuq, l-istili u l-idjomi ta’ muzika li nhossni komdu fihom digà kienu prezenti fil-familja qabel twelidt jien.
KALAMITA: Meta tinghata inkarigu biex tikkomponi muzika ghal kantant b’kanzunetta originali x’ikunu l-kriterji, jekk hemm, li tinsisti ghalihom u ghaliex?
Dominic: L-ewwel ma nara hu l-istil tal-kantanti, ir-range vokali taghhom u l-isfont muzikali li gejjin minnhu, nghidu ahna, pop, rock, jazz, liriku, ecc.
KALAMITA: Issa ilek snin sostanzjalment twal stabbilit fix-xena muzikali lokali. Kif thares lejn l-izvilupp tat-talent Malti?
Dominic: Talent minn dejjem kien hawn, biss illum hawn hafna aktar opportunitajiet fejn wiehed jista’ jizviluppah. Hawn skejjel tal-musical theatre u hafna zghazagh qeghdin isiefru biex jistudjaw f’universitajiet barra minn Malta u jiehdu esperjenzi f’ambjent muzikalment aktar b’sahhtu. Il-youtube ukoll jista’ jservi ta’ ghajnuna ghal dawk li jistudjaw wahidhom.
KALAMITA: Ic-cokon ta’ pajjizna zgur li johloq zvantagg ghat-talent taghna. Zvantagg bhal dan kif jista’ jingheleb, jekk wara kollox tara possibiltà li jingheleb?
Dominic: F’kollox jezistu l-livelli specjalment fit-talent. Ghalhekk importanti li nkunu kapaci naghrfu bejn talent u iehor u mhux nitfghu lil kulhadd f’borma wahda. Meta nkunu kapaci niddistingwu artist kreattiv minn wiehed medjokri, inkunu aktar konxji meta u kif nuzaw il-kelma talent.
Lil Dominic Galea u t-talenti tieghu tistghu ssegwuhom fil-programm KALAMITA kull nhar ta’ Tnejn u l-Hamis

Powered by

Scroll to top