You Are Here: Home » Uncategorized @mt » Mistednin godda fil-programm KALAMITA

Mistednin godda fil-programm KALAMITA

Mistednin godda fil-programm KALAMITA

Manuel Micallef, prezentatur radjufoniku u televiziv ta’ programi ta’ diskussjoni

Tista’ tghid li minn kull survey li jsir dwar il-programmi ta’ kull stazzjon tar-radju u tat-televizjoni jirrizulta li fost l-aktar programmi segwiti jkun hemm dawk ta’ diskussjoni. U mbaghad meta tidhol fil-fond tal-istudji ssib ukoll li l-aktar programmi ta’ diskussjoni segwiti jkunu dawk dwar grajjiet kurrenti, humx x’inhuma l-grajjiet, imma dejjem li jkunu qeghdin jiddominaw ix-xena f’dak iz-zmien partikolari. Iz-zmien jista’ jkun ta’ ftit jiem, u allura attwalit√† tal-oghla grad jew anke jekk tkun mifruxa fuq numru ta’ gimghat. Imma x’aktarx li mbaghad jigri li jekk tkun diskussa fit-tul bhal donnu l-udjenza titlef l-interess ghax jibda jinhass li d-diskussjoni tkun giet ezawrita.
Il-produtturi tal-programm KALAMITA, konxji minn dak li jolqot lit-telespettaturi, raw li minn din l-iskeda huma wkoll jkollhom parti allokata ghal dan il-ghan u ddecidew li kull nhar ta’ Tnejn jlaqqghu lit-telespettatruri segwaci taghhom ma’ persuna li issa tista’ tghid li hija sinonima ma’ dawn it-tip ta’ programmi, programmi ta’ diskussjoni, Manuel Micallef.

Manuel Micallef

Manuel Micallef

Manuel Micallef imexxi programmi ta’ diskussjoni kemm fuq ir-radju kif ukoll fuq it-televizjoni, One Radio u ONE Television.
Id-direzzjoni tal-programm KALAMITA, minkejja li hija aktar minn konxja li ma kellu ebda bzonn ta’ introduzzjoni, hasset li llum tlaqqa’ lill-qarrejja tal-gurnal, li certament hafna minnhom huma telespettaturi segwaci tal-programm taghhom, ma’ Manuel Micallef.
Meta jitratta l-punt li hu jipprezenta programmi ta’ diskussjoni kemm fuq ir-radju kif ukoll fuq it-televizjoni, Micallef jghid li apparti li z-zewg mezzi huma distinti b’mod qawwi minn xulxin u ghalihom  trid tipprepara b’mod diffenrenti anke jekk se titrratta l-istess suggett, it-tnejn jaghtuh sodfisfazzjon.
“Ghalkemm it-tendenza hi li fuq ir-radju trid tkun iktar deskrittiv minhabba n-nuqqas ta vizwal, b’danakollu nsibu medium effettiv hafna. Bhala xandar inhossni iktar maqtugh ghat-televizjoni imma kemm ili naghmel programmi fuq ir-radju sirt niehu sodisfazzjon enormi u nammetti li nhobbu daqs kemm inhobb it-televizjoni,” isostni Micallef.
Il-fatt li l-programmi li jipprezenta hu, generalment ta’ grajjiet kurrenti, jixxandru fuq stazzjon politiku li ovvjament ghandu agenda, ixeklu lil Manuel milli l-programm jizvolgih kif ihoss li ghandu jkun zvolgut?
Manuel ftit li xejn dam biex iwiegeb mistoqsija bhal din. Jghid car u tond li “mill-esperjenza tieghi nista’ nghid li minkejja li l-istazzjon huwa politiku qatt ma kelli ndhil fil-prezentazzjoni u l-ippjanar tal-programmi li ntella’.”
Huwa ovvju li l-maggoranza tal-udjenza ta’ stazzjon politiku, x’aktarx li tkun partiggjana, ghalkemm ma jeskludix li jkun hemm min isegwi programmi bhal dawn anke jekk il-punt tat-tluq tieghu jkun xettiku dwar dak li se jisma’ jew jara.
Sitwazzjoni bhal din Manuel jidher li jhares lejha minn zewg angoli ta’ partiggjanizmu, dawk favur it-twemmin politiku li tistenna minn stazzjon politiku partikolari u dawk opposti.

Manuel Micallef

Manuel Micallef

Mhux talli ma jiddejjaqx minn tali sitwazzjoni talli jhoss li sitwazzjoni bhal din ghandha tkun sfruttata fl-interess tal-programm stess. Filfatt jghid li “assolutament ma niddejjaqx li jkolli semmiegha jew telespettaturi li jkunu partiggjani. Dawn ukoll ghandhom dritt jesprimu l-opinjoni taghhom. Hafna drabi jkunu huma li jaghmlu l-programm kontrastanti.”
X’aktarx li fejn jidhlu programmi ta’ diskussjoni tqum ukoll il-polemika dwar meta l-programm jinqasam f’zewg jew tliet partijiet. Hemm obbligi statutorji dwar dan min-naha tal-Awtorit√† tax-Xandir, imma x’aktarx li meta jsir dan ikunu l-waqtiet fejn id-diskussjoni tkun lahqet certu livell u li l-prezentatur jghid “se jkollna mmorru ghar-reklami” ma jinzel xejn tajjeb mat-telespettatur.
Tqum ukoll il-mistoqsija dwar kemm ghandu jkun twil programm ta’ diskussjoni? Minn kemm persuni ghandu jkun iffurmat il-panel? Ghandux ikun hemm features tul id-diskussjoni.
Ghal programmi televizivi Manuel Micallef jippreferi  li jkollu massimu ta’ erba’ mistednin ghal programm ta’ siegha. Jemmen li “l-importanti li l-mistednin jkunu kompetenti fis-suggett u fil-komunikattiva. Ikollhom opinjonijiet differenti. Programm ta’ diskussjoni m’ghandux ikun iktar minn siegha u nofs u dal-hin jinkludi reklamar u features waqt il-programm.”
Il-programm KALAMITA jlaqqa’ lit-telespettaturi segwaci tieghu ma’ Manuel Micallef kull nhar ta’ Tnejn ghall-habta tas-13.00 f’dik li hija rokna gdida tal-programm u li l-ewwel indikazzjonijiet juru li se tkun wahda mill-aktar segwiti b’interess.

Powered by

Scroll to top