You Are Here: Home » Uncategorized @mt » Mistednin godda fil-programm KALAMITA

Mistednin godda fil-programm KALAMITA

Mistednin godda fil-programm KALAMITA

Charlie Azzopardi, Systemic Family Psychotherapist

Tul is-snin li issa ilu ghaddej il-programm KALAMITA, il-programmm televiziv ewlieni ta’ wara nofsinhar fuq ONE TV, dejjem spikkat il-varjazzjoni tieghu. Programm li ta’ kull gimgha jlaqqa’ lit-telespettaturi ma’ esperti f’diversi sferi tal-hajja. Din is-sena mhux se tkun eccezzjoni. Anzi, se tkun skeda li tlaqqa’ lit-telespettaturi ma’ esperti godda wara li d-direzzjoni tal-programm semghet u tat widen ghal suggerimenti min-naha tat-telespettaturi infushom.
Minn zmien ghal iehor id-direzzjoni tal-programm KALAMITA, se tkun qed tlaqqa lit-telespettaturi ma’ personalitajiet godda li se jkunu qeghdin jiehdu sehem f’din l-iskeda tal-programm.

Illum se niltaqghu ftit aktar mill-qrib mas-Sur Charlie Azzopardi, li fil-professjoni tieghu   ta’ ‘Systemic Family Psychiotherapist’ se jkun qed jiehu sehem fil-programm kull nhar ta’ Tnejn.     Ghal hafna din il-professjoni hija aktar maghrufa bhala ‘family therapist’.
Tkellimna dwar dan mas-Sur Azzopardi nnifsu.

Charlie Azzopardi

Charlie Azzopardi – Systemic Family Psychiotherapist

X’ghandu wiehed jifhem meta jara n-nomenklatura ‘Family Therapist’?

It-terminu ‘family therapist’ huwa nomenklatura kumplikata. Filfatt it-titlu propju huwa ‘Systemic Family Psychotherapist’. Hija devjazzjoni mill-medicina u mill-psikologija individwali li tara l-problemi mill-aspett relazzjonali u mhux mill-aspett mentali individwali.
Naghti ezempju konkret: imgieba hazina ta’ tifel. Il-problema mill-perspettiva psikologika hija t-tifel u ghandu jigi trattat it-tifel wahdu. Bhala ‘family therapist’ jiena nifhem il-problema tat-tifel (imgieba hazina) bhala sintomu ta’ problemi akbar u fis-sistema mhux fl-individwu, bhal inkwiet bejn il-genituri, jew tibdiliet radikali fil-familja, jew imwiet u telfa, flimkien ma’ problem  ohrajn. Jigifieri filwaqt li l-psikologija thares lejn l-individwu bhala problema il-‘family therapist’ ihares lejn il-kuntest shih ghas-soluzjonijiet, inkluz il-komunità, il-familja, l-iskola, u oqsma ohrajn.
Differenza ohra hija dik li filwaqt li l-psikologija tfittex hafna l-origini tal-problema u thaffer fil-fond, il-‘family therapy’ tfittex hafna s-soluzzjonijiet u ddawwar l-attenzjoni minn fuq id-disfunzjonalità ghal-funzjonalità tas sistema.

2-w800-h600
F’kaz ta’ medicina s-sintomi wiehed jista’ jghid li huma evidenti hafna meta persuna ghandha tirrikorri ghal ghajnuna medika. Fil-professjoni tieghek x’inhuma dawk li jistghu jissejhu sintomi li ghandhom iservu ta’ indikaturi lil dak li jkun li jehtieg l-ghajnuna f’din il-linja?
Kollox jista’ jigi trattat mill-perspettiva sistemika. Il-‘family therapist’ jara kwalunkwe tip ta’ problemi inkluz problemi ta’ imgieba tat-tfal, problemi relazzjonali, problemi individwali ta persuni, problemi psikologici bhal ‘personality disorders’, problemi mentali bhal psychosis, dipressjoni, anzjetà, ‘eating disorders’,  separazzjonijiet, divorzji, problemi ta’ trobbija. problemi ta’ negozju tal- familja, u hafna problemi ohrajn.
Ikolli kazijiet anke ta’ nies li ghandhom sintomi fizici, bhal ugieh kroniku, tpetpit tal-ghajnejn jew tics ohra. Ir-ricerka turi li hemm rizultati tajbin hafna. Hemm  ukoll xoghol marbut ma’ problemi tal-iskola fit-tfal, problemi ta’ rikonciljazzjoni bhal meta genitur ikun il-habs, problemi ta’ attachment, problemi tal-koppja, problemi sesswali u problemi ohrajn.
Nifhem ukoll li l-varjazzjoni tkun ukoll fejn jirrigwarda età u karattru, Is-sitwazzjoni li twassal biex persuna jkollha tirrikorri ghal ghajnuna ghand terapista tal-familja jista’ jkollha wkoll konsegwenzi fuq dawk l-aktar qrib tal-persuna koncernata. Kemm tikkomplika ruhha sitwazzjoni bhal din?
Hafna drabi, specjalment fejn jidhol xoghol mal-koppja, sfortunatament in-nies jigu tard hafna, gieli wara li jkunu digà isseparaw. Din hija sofrtuna kbira meta tqies li hafna nies jistghu, jew ikunu setghu jirrangaw l-affarijiet biex il-familja tibqa’ maghquda.
L-irgiel kemm kemm aktar rashom iebsa biex ifittxu l-ghajnuna. Minhabba n-natura pragmatika taghhom jahsbu li jistghu izolvu l-problemi huma. Dan hafna drabi jwassal ghal aktar problemi. Sfortunatament hafna nies ma jafux id-differenza bejn family therapist, psychologist, psychotherapist, psikjatra, qassis, u allura jispiccaw jigru minn naha ghal ohra ghand min ma jistax jghinhom bl-ahjar mod.
Tajjeb wiehed isemmi li hemm registru ta’ min jista jghin. Importanti wkoll li wiehed ihares lejn il-kwalifiki ta’ dak li jkun ukoll u anke jistaqsi dwar il-persuna u lill-persuna stess jekk jistax jghinhom.
Charlie Azzopardi jiltaqa’ mat-telespettaturi segwaci ta’ KALAMITA nhar ta’ Tnejn

Powered by

Scroll to top