You Are Here: Home » Recipe » Christmas Cake

Christmas Cake

Ingredients

275g passolina

275g sultana

200g żbib

150g ċirasa

125g konfettura

125g lewż mingħajr qoxra u mqatta f’biċċiet kbar

275g dqiq plain  00

275g marġerina

275g zokkor

6 bajdiet

essenza tal-vanilja

kuċċarina noċimuskata maħkuka

nofs kuċċarina taħlita ta’ ħwawar  (mixed spice)

nofs kuċċarina kannella

qoxra maħkuka ta’ lumija

rum jew brandy

 

Method

1. Ġo bieqja qiegħed il-frott niexef, il-lewż, il-ħwawar u l-qoxra ta’ lumija. Ħawwad tajjeb. Xarrab jew bir-rum jew bil-brandy u ħalli t-taħlita timmarina fix-xorb għal-lejl sħih. Kulltant ħawwad it-taħlita.

2. Poġġi l-marġerina ġo bieqja u ħaddimha flimkien maz-zokkor, l-essenza tal-vanilja u l-bajd. Tista tuża whisk tal-elettriku.

3. Għarbel id-dqiq u ibda żidu ftit, ftit mat-taħlita tal-marġerina. Ibda żid ukoll ftit, ftit il-frott. Biex tagħmel hekk trid tuża mgħarfa u mhux il- whisk tal-elettriku.

4. Ixgħel il-forn 1500C, Gas 2.

5. Iksi forma tal-kejk ta’ 24 cm bil-karta tal-forn. Huwa mportanti ħafna li taqta l-karta EŻATT daqs il-forma tal-kejk Dan għaliex jekk ma tagħmilx hekk il-kejk ma jinħemix tajjeb. Trid tħalli għoli ta’ 5cm mill-ġnub tal-forma. Dan l-għoli jgħin biex il-kejk jitla kollu ndaqs.

6. Ħu dixx kbir tal-forn u imlih san-nofs bl-ilma. Qegħdu fil-qiegħ tal-forn. Il-fwar li joħroġ mill-ilma jgħin biex il-kejk jibqa umdu u l-frott ma jinxifix.

7. Aħmi l-kejk fil-forn baxx. Billi t-temperatura tal-forn hija baxxa, allura il-kejk jieħu ħafna ħin biex isir.

Serves:

Powered by

Scroll to top